MCCAA Logo
  • MCCAA
  • Blata l-Bajda
  • Head Office
  • +356 2395 2000
  • Consumer Helpline
  • +356 8007 4400
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
CONTACT US
MCCAA
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
news
Last updated on 20 Jul, 2018

Ċertifikazzjoni ta’ eċċellenza

Ċertifikazzjoni ta’ eċċellenza għaċ-Ċentru tal-Lingwa Mitkellma
Iċ-Ċentru tal-Lingwa Mitkellma, Speech and Language Centre, fi ħdan id-Dipartiment tal-Kura Primarja ngħata ċertifikat ta’ eċċellenza mill-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur.
 
Is-servizzi ta’ Speech and Language huma mxerrdin ma’ Malta u ma’ Għawdex u jingħataw miċ-ċentri tas-saħħa, mill-Isptar Mater Dei u mill-bereġ fost ċentri oħrajn. Fl-aħħar snin saret ħidma minn dan iċ-ċentru biex jingħata ISO certificate.
 
“Madwar 70,000 persuni minn tfal sa anzjani jingħataw servizz minn dan iċ-ċentru kull sena - servizz li llum bi provi nistgħu ngħidu li hu wieħed ta’ eċċellenza. Hu b’ħidma u b’dedikazzjoni minn dawk kollha involuti li ngħata dan iċ-ċertifikazzjoni lil dan iċ-ċentru”, qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
 
Żied jgħid li fil-qasam tal-kura primarja fl-aħħar snin saru passi ta’ ġgant ’il quddiem u fiż-żmien li ġej se jkomplu jiżdiedu s-servizzi fil-komunità fosthom bil-ftuħ ta’ ċentru tas-saħħa ġdid f’Ħal Kirkop. 
 
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista qal li, “illum mhux biss qed ninawguraw Speech Language Department ġdid fil-komunità tagħna iżda qed ninawguraw dipartiment li hu ċertifikat b’ ISO 9001 mill-MCCAA. Dan ifisser li dan id-dipartiment qed jilħaq standards Ewropej u internazzjonali. L-ISO 9001 hu mogħti mill-Istitut għal Standards u Metroloġija fi ħdan l-MCCAA u joffri diversi servizzi lil entitajiet privati u pubbliċi biex jappoġġja infrastruttura ta’ kwalità. Nawgura lill-ħaddiema kollha ta’ dan id-dipartiment li naf fiċ-ċert li se jipprovdu l-aqwa servizzi lill-komunitajiet tagħna”.

Recent News

right
Update | Machinery
16 May, 2025
right
Webinar on the new Construction Products Regulation (CPR)
15 May, 2025
right
Web Info Session on the new General Product Safety Regulation
15 May, 2025
right
Notification of Concentration
09 May, 2025
right
Update | Standards
09 May, 2025

Visit us

Mizzi House, National Road, BLATA L-BAJDA, Malta
Opening Hours: Monday to Friday between 8.00am and 12.00pm

Bank Details

Bank name:
Bank of Valletta
IBAN Number:
MT14VALL22013000000040019986609
Swift code:
VALLMTMT

Contact Us

Full Name *
Subject *
Case Type *
Email *
Your Message *
  I consent to having MCCAA store my submitted information so they can respond to my enquiry. For more information about how we process your personal data, please see our privacy policy.
© 2018 MALTA COMPETITION AND CONSUMER AFFAIRS AUTHORITY. ALL RIGHTS RESERVED
WEB DESIGN: BRANDEXPODESIGN
Terms of use | Privacy Policy | Cookie Policy | Freedom of Information | Accessibility Statement | Data Protection Policy
  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

Subscribe to our Newsletter

We shall process your personal data in accordingly with our Data Protection Policy. You have the right to unsubscribe from our list by clicking here, following which your email address will be permanently deleted from our database.